Box Office It-teatri Amerikani kellhom tmiem il-ġimgħa batut u l-quċċata tal-box office ma rat ebda tibdil mill-ġimgħa l-oħra. “Mean Girls” żamm il-post numru wieħed imma b’dħul ta’ $11.7 miljun. It-thriller ta’ Jason Statham, “The Beekeeper”, il-musical mimli fantasija “Wonka”, il-kummiedja romantika “Anyone but You” u l-film animat “Migration” okkupaw l-erba’ pożizzjonijiet l-oħra.
Is this you? As a journalist, you can create a free Muck Rack account to customize your profile, list your contact preferences, and upload a portfolio of your best work.
Claim your profile
Articles by Kritiku tal-Films
Oppenheimer iddomina l-Golden Globes
Golden Globe Awards “Oppenheimer” irrenja waqt il-81 edizzjoni tal-Golden Globe Awards meta b’kollox rebaħ ħames unuri, inkluż għall-aħjar film drammatiku. L-akbar rivali tiegħu għar-rebħ tal-Oscars, “Poor Things” rebaħ il-Globe għall-aħjar film mużikali jew komiku. Il-protagonista tal-istess film, Emma Stone, rebħet l-unur għall-aħjar attriċi. “Barbie” rebaħ l-unur ġdid imsejjaħ Best Cinematic and Box Office Achievment. Dan kien il-film bl-akbar dħul fil-box office fl-2023 b’dħul ta’ $1.44 biljun.
Marvel f’salib it-toroq?
“Five Nights at Freddy’s” qed jitqies bħala suċċess billi żamm il-post fil-quċċata tal-box office Amerikana għat-tieni ġimgħa konsekuttiva minkejja li l-Universal iddeċidiet li toħorġu wkoll fuq il-pjattaforma diġitali tagħha Peacock fl-istess jum li ħareġ għall-wiri fit-teatri.
Il-Marvel tista’ qegħda f’salib it-toroq
“Five Nights at Freddy’s” qed jitqies bħala suċċess billi żamm il-post fil-quċċata tal-box office Amerikana għat-tieni ġimgħa konsekuttiva minkejja li l-Universal iddeċidiet li toħorġu wkoll fuq il-pjattaforma diġitali tagħha Peacock fl-istess jum li ħareġ għall-wiri fit-teatri.
B’Trolls, Timberlake jibgħat messaġġ
It-thriller drammatiku u storiku “Killers of the Flower Moon” iddebutta b’dħul ta’ $23 miljun dollaru fil-box office Amerikana u b’$21 miljun mill-pajjiżi l-oħra fejn ħareġ għall-wiri. Għalkemm tela’ fit-tieni post tal-box office Amerikana, dan hu l-aħjar debutt għal film ta’ Scorsese minn meta kien iddebutta “Shutter Island” fl-2010 (fetaħ b’dħul ta’ $41 miljun).
L-10 film ta’ De Niro u Scorsese
It-teatri Amerikani kienu mimlija fi tmiem il-ġimgħa bil-concert film ta’ Taylor Swift, “The Eras Tour”. B’kollox kellu dħul ta’ madwar $95 miljun fi tmiem il-ġimgħa. “The Eras Tour” sar il-concert film bl-akbar dħul mit-teatri. Ir-rekord qabel kien ta’ $73 miljun għal “Justin Bieber: Never Say Never” li kien intwera fl- 2011. Is-suċċess ta’ dan il-concert film kien previst, tant li “The Exorcist: Believer” bidel id-data preferuta ta’ il-Ġimgħa 13 tax-xahar u minflok ħareġ ġimgħa qabel.
Children Cinema Day
Il-klieb għamluha! Is-sequel animat “Paw Patrol: The Mighty Movie iddomina tmiem il-ġimgħa b’dħul ta’ $23 miljun fil-box office Amerikana. Ibbażat fuq is-sensiela popolari għat-tfal li tidher fuq Nickelodeon TV, dan il-film animat sewa $30 miljun. Mill-pajjiżi l-oħra fejn diġa ħareġ għall-wiri, dan il-film kellu dħul ta’ $23.1 miljun oħra għal total ta’ $46.1 miljun.
Każ skabruż għal Poirot
Denzel Washington ma seta’ jagħmel xejn kontra s-soru f’“The Nun II”. Dan is-sequel tal-orrur kellu dħul tajjeb ta’ $32.6 miljun fl-ewwel tmiem il-ġimgħa, kważi d-doppju kemm “The Equalizer 3” kellu dħul fit-tieni ġimgħa. Xorta “The Nun II” ma kellux is-suċċess ta’ l-ewwel wieħed billi fl-opening weekend meta ħareġ fl-2018, “The Nun” kellu dħul ta’ $53.8 miljun.
Jirritorna l-viġilanti Robert McCall
It-taqtigħa għall-ewwel post tal-box office Amerikana ta’ tmiem il-ġimgħa kienet eċċitanti bil-film ġdid “Gran Turismo” u “Barbie” kważi jkollhom l-istess ammont ta’ dħul. It-tliet pożizzjonijiet l-oħra għal tmiem il-ġimgħa huma okkupati mill-films: “Blue Beetle”, “Oppenheimer” u fil-ħames post “Teenage Mutant Ninja Turtles: Mutant Mayhem”.
L-interess fis-supereroj naqas
Ir-renju ta’ “Barbie” fil-box office Amerikana intemm u postu ħadu il-film ġdid tas-supereroj “Blue Beetle”. Imma d-dħul fl-opening weekend kien ta’ $25.4 miljun. Din iċ-ċifra hi anqas minn dik mistennija għal film maħdum b’budġit ta’ $120 miljun. Mill-pajjiżi l-oħra fejn ħareġ għall-wiri, id-dħul kien ta’ $18-il miljun biex b’hekk hu wieħed bl-anqas dħul fl-ewwel tlett ijiem mid-DC Cinematic Universe. “Barbie” niżel fit-tieni post.
Id-dar tal-iħirsa
“Meg 2: The Trench” u “Teenage Mutant Ninja Turtles: Mutant Mayhem” ma setgħu jagħmlu xejn ma’ “Barbie” li kompla jiddomina l-box office Amerikana fit-tielet ġimgħa konsekuttiva. Dan il-film li hu komiku u mimli fantasija issa qabeż iċ-ċifra ta’ biljun dollaru f’dak li hu dħul globali wara 17-il jum. It-thriller ta’ Jason Statham “Meg 2” spiċċa fit-tieni post b’dħul ta’ $30 miljun, li hu ferm anqas mill-ftuħ li kellu l-ewwel film li rajna fl-2018.
Karozza jekk tinnamra mat-tifel
“The Flash” u l-film animat tal-Pixar, “Elemenal” ġarrbu fjask fil-box office matul tmiem il-ġimgħa. Għalkemm sar sforz kbir pubbliċitarji biex jikkonvinċi l-pubbliku li “The Flash” hu wieħed mill-aqwa films tas-super-eroj li nħadmu sa issa, dan kellu dħul ta’ $55 miljun fl-ewwel tliet ijiem mit-teatri Amerikani. Fis-78 pajjiż ieħor fejn ħareġ għall-wiri, id-dħul kien wieħed miżeru meta ammonta għal $75 miljun.
Show More
loading
Actions
Is this you?
As a journalist, you can create a free Muck Rack account to customize your profile, list your contact preferences, and upload a portfolio of your best work.Get in touch with Kritiku
Contact Kritiku, search articles and posts on X, monitor coverage, and track replies from one place.
Learn more about Muck Rack